Malta trid li l-Unjoni Ewropea tkun l-ixprun tal-bidla, u għalhekk, tappoġġja l-politika tal-koeżjoni, li hija għpdda kruċjali li ttrasformat tant Stati Membri.
B’dan is-sentiment, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jipparteċipa f’diskussjonijiet mal- hekk imsejjaħ Friends of Cohesion, li dalgħodu se jiltaqa’ biex jiddiskuti l-budget li jmiss għall-Unjoni Ewropea, li jkopri l-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027.
Preżenti wkoll se jkun hemm rappreżentanti għolja ta’ tmien Stati Membri Ewropej, rappeżentati mill-Kummissjoni Ewropea, u rappreżentanti mill-Bank Ewropew ta’ Investiment.
Fost affarijiet oħra, il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi li timmodernizza l-politika ta’ koeżjoni, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar espressjonijiet konkreti ta’ solidarjetà fl-Ewropa. L-għan tagħha hu li tnaqqas id-differenzi ekonomiċi u soċjali fl-Ewropa.
Bħal ma ġara fin-negozjati għall-budget Ewropew ta’ bejn l-2014 u l-202o, il-mexxejja mistennija jimxu id f’id waqt id-diskussjoni għal dan il-pakkett finanzjarju ġdid. Dan hekk kif il-pajjiżi li se jkunu rappreżentati tul dan is-summit huma l-aktar viżibli fl-Unjoni Ewropea.
Fit-tmiem tad-diskussjonijiet, il-Friends of Cohesion mistennija jiffirmaw dikjarazzjoni li huma appoġġjaw dan il-budget għall-Unjoni Ewropea.
#Malta wants the European Union to stand for #change. That is why we support #cohesionpolicy, a tool that has has helped deliver transformation in many Member States -JM @farrugiaaaron pic.twitter.com/pXSk9TL8Dq
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 29, 2018