Illum, pajjiżna se josserva Jum ta’ Luttu Nazzjonali b’tislima lil Papa Franġisku, fil-jum meta l-Kap tal-Knisja Kattolika se jingħata l-aħħar tislima.
Il-bnadar kollha fuq il-bini u l-uffiċini pubbliċi se jittajru mezz’asta. Dan filwaqt li l-funzjonijiet u attivitajiet pubbliċi tal-Gvern ġew imħassra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Gvern Malti qal ukoll li fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni tal-funeral tal-Papa Franġisku se tingħata tislima b’salut ta’ 21 tir mill-Barrakka ta’ Fuq.