Matul l-aħħar jumejn, Malta ospitat laqgħat bejn Jake Sullivan – il-konsulent dwar is-sigurtà tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-President Amerikan Joe Biden, u Wang Yi, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina. Dawn kienu akkumpanjati mid-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom.
F’dawn il-jumejn saret ukoll laqgħa bejn il-Prim Ministru Malti Robert Abela u Jake Sullivan, fejn iż-żewġ partijiet saħqu li l-istabilità fir-reġjun tal-Mediterran hija kruċjali għall-paċi globali u s-sigurtà.
Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq dwar l-importanza tal-paċi globali u qal li din hija xi ħaġa fundamentali għall-prosperità fid-dinja, fejn il-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-komunitajiet tara li n-nazzjonijiet jikkoperaw u jindirizza sfidi globali.
Dan it-tmiem il-ġimgħa ta’ laqgħat f’Malta jirrijaferma l-irwol ta’ pajjiżna bħala post sigur u naturali għal diskussjonijiet diplomatiċi ta’ livell għoli.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ngħad li Malta se tibqa’ tagħti sehemha biex tiffaċilita l-komunikazzjoni u diskussjonijiet miftuħa, paripassu mal-pożizzjoni ta’ pajjiżna li jkun protagonist lejn futur aktar ġust, paċifiku, u fejn tirrenja l-prosperità.
🇲🇹 proudly hosted talks between 🇺🇸 & 🇨🇳. In a meeting with @JakeSullivan46, I underlined the importance of global peace as a fundamental prerequisite for the quality of life of our people. When called upon like these past days, our country will continue to give its part. – RA pic.twitter.com/VDFoIGXcyE
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) September 17, 2023