Illum fil-lukanda Dolmen f’Buġibba ingħata bidu b’konferenza tal-ahbarijiet għall-Kampjonati Ewropej tal-Pool li qed isiru f’pajjizna għas-sebgħa darba bejn it-18 u 23 ta’ Frar.
F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima kellu diskors li kien iffukat fuq l-importanza li tournaments ta’ dan il-livell iġibu lejn Malta. Huwa faħħar lil Malta Pool Association għax-xogħol tagħhom u anke awgura kull success lit-42 player Malti li qed jieħdu sehem f’din l-ogħla kompetizzjoni Ewropeja tal-pool.
Grima sostna li dan l-isport dejjem qed iħalli frott lejn pajjiżna mhux biss għas-suċċess sportiv iżda anke għas-suċċess ekonomiku li jħalli tournament ta’ din ix-xorta b’mijiet ta’ players u uffiċjali jiġu Malta. Huwa qal li l-Gvern permezz ta’ Sportmalta qed jkompli jinċentiva attivitajiet simili bi skema għat-turiżmu sportiv.
Għal dan it-tournament Malta qed tieħu sehem b’seba’ timijiet, tlieta fil-kategorija open, tnejn fl-under 23, u fl-over 50 u tim fil-kategorija feminili. Ser jieħdu sehem b’ kollox 12 il-pajjiż, Belġju, Channel Islands, Ċipru, Franza , Ingilterra, Republlika Irlandiża, Irlanda ta’ Fuq, Portugall, Skozja, Wales, Marokk u Malta.