Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nieda l-ewwel strateġija għall-konsultazzjoni pubblika għat-tkabbir u għas-sħubija mal-Afrika għall-ħames snin li ġejjin.
L-istrateġija għandha l-għan li tkabbar il-kummerċ, l-iżvilupp u d-diplomazija, tliet pilastri li jirrikonoxxu l-Afrika bħala forza ekonomika emerġenti.
Fi tnedija tal-istrateġija, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li l-Afrika qed titqies minn Malta bħala sieħeb strateġiku vitali.
Qal li l-istrateġija tikkonċentra fuq l-iskambju tal-ġid u l-ħolqien ta’ opportunitajiet fi żminijiet li qed jinbidlu bejn Malta u l-kontinent tal-Afrikan.
Sostna li l-istrateġija twieġeb għat-talbiet ta’ Afrika li qed tinbidel u turi kif Malta tista’ ssaħħaħ ir-relazzjonijiet permezz tal-valuri ta’ fiduċja u d-djalogu ta’ sħubija
Il-Ministru Abela stqarr: “L-Afrika ma għandniex inħarsu lejha bħala l-kontinent tal-faqar imma kontinent tal-opportunitajiet allura dan qed nippruvaw nagħmlu b’din l-istrateġija li hija strateġija tal-Gvern, imma jiena ngħid strateġija ta’ pajjiż ħalli b’hekk inkunu nistgħu nikkonsolidaw din l-istrateġija li toħodna sas-sena 2025.”
Permezz ta’ messaġġ irrekordjat, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qalet li l-ħidma ta’ Malta qed tikkumplimenta l-impenn tal-kontintent Afrikan u sostniet li pajjiżna jista’ jkun il-pont tal-Ewropa għall-Afrika. Hija qalet li sal-aħħar tas-sena se tippreżenta l-istrateġija Ewropea mal-Afrika fejn il-mexxejja taż-żewġ kontinenti se jiltaqgħu biex jiddiskutur t-triq il quddiem.
Von der Leyen sostniet: “Malta could be europe’s bridge towards afrika so i am particularly glad that Malta is presenting a strategy for partnership for Africa.”
Ir-rappreżentant għal-Unjoni Afrikana Ronald Micallef tenna li pajjiżna kien dejjem minn ta’ quddiem sabiex ressaq kwsistjonijiet ta’ importantanza.
Is-Sur Micallef qal: “Ma ninsewx illi kien dan il-pajjiż illi ressaq agendas importanti fuq l-Afrika fil-Valletta Summit ħames snin ilu u huwa dan il-pajjiż li nittama li ħa jmexxi ideat ġodda fl-Afrika li ser jservu ta’ ġid kemm għall-popli tal-Ewropa u l-Afrikani.”
L-istrateġija ta’ Malta għal Afrika għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali ta’ pajjiżna mal-Afrika.
Il-konsultazzjoni pubblika tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Jannar 2020 bil-proposti jistgħu jintbagħtu fuq l-email africaconsultation.mftp@gov.mt