Fid-dawl tat-tixrid globali tal-COVID-19, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jixtieq jinforma li filwaqt li m’hemmx lok għal allarm, ċittadini Maltin għandhom isegwu l-istruzzjonijiet li qed joħorġu regolarment mill-awtoritajiet pertinenti kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.
Il-Ministeru qiegħed isewgwi mill-qrib is-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa u qiegħed f’kuntatt regolari u f’koordinament kemm mal-Ambaxxati Maltin kif ukoll mal-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta.
Filwaqt li l-Missjonijiet Maltin barra minn Malta se jkunu qed jassistu ċittadini Maltin li jkollhom bżonn assistenza f’żoni affetwati, f’każ ta’ emerġenza jew għal aktar informazzjoni, ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw il-Ministeru kif indikat hawn taħt:
- Telefown: 00356 2204 2200
- Indirizz elettroniku:sitcen.mfea@gov.mt