Malta ngħatat unur bħala Ċentru Internazzjonali tal-Finanzi waqt il-WealthBriefing Swiss Awards tal-2017 f’kisba oħra fis-settur bankarju u finanzjarju. Dan hekk kif ilbieraħ, il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar irrappreżenta lil Malta f’Geneva.
Din kienet it-tieni darba li Malta ġiet innominata bħala finalista fl-istess kategorija.
L-għażla tal-finalisti kienet ibbażata fuq l-indipendenza, l-integrità u l-għarfien ġenwin, għażla li saret minn grupp ta’ esperti f’dan il-qasam.