Fl-okkażjoni tal jum dinji kontra t-traffikar tal-bnedmin, u anke fid-dawl tal-kampanja Human Like You, ittellgħet konferenza biex jitqajjem aktar għarfien dwar x’qed isir biex Malta tiġġieled din it-tip ta’ kriminalità.
Alfred Grixti, il-kap eżekuttiv tal-FSWS li fetaħ il-konferenza, spjega li l-fondazzjoni tagħmel ħidma ma’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin billi fost oħrajn tħarriġhom jgħixu ħajja indipendenti.
Spjega li fost l-akbar sfidi f’dan kollu apparti t-trawma li l-vittmi jkunu għaddew minnha, hija l-kwistjoni tal-lingwa u l-komunikazzjoni. Dan hekk kif ħafna mill-vittmi li huma barranin ma jkunux jafu jitkellmu bl-Ingliż jew bil-Malti.
Spjega wkoll li 60% tal-vittmi li l-fondazzjoni ħadmet magħhom tul l-2018 u 40% kienu rġiel. Dawn ġew minn kull rokna tad-dinja fosthom mill-Filippini, l-Ukrajna u Mauritius. L-akbar numru ta’ vittmi kien mill-Ukrajna.
Tul il-konferenza tkellmu wkoll il-Ministri Michael Farrugia, Michael Farrugia u Carmelo Abela kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.