Minn nhar is-16 t’April li ġej, il-linja tal-ajru LOT Polish Airlines se tkun qed iżżid lill-Malta fin-network tagħha. B’din se topera erba’ titjiriet fil-ġimgħa bejn Malta u l-ajruport ta’ Chopin, Warsaw.
Fl-istqarrija tħabbar li se jkunu qed jintużaw l-ajruplani tal-għamla Boeing 737 u Embraer 195 għal-titjiriet ta’ tliet sigħat.

Permezz ta’ dawn it-titjiriet, il-Maltin faċilment se jivvjaġġaw lejn pajjiżi li LOT Polish Airlines joffru titjiriet lejn mill-ajruport ta’ Warsaw.
Il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru staqrr li jinsab ferħan li Malta dalwaqt se tiżdied man-netwerk globali tar-rotot tal-LOT Polish Airlines, li tagħti lill-passiġġieri aktar għażliet biex tilħaq din il-gżira mill-isbaħ jew biex tagħti lill-barranin aktar għażliet ta’ titjiriet.