Illum huwa l-jum li l-poplu Malti huwa msejjaħ jivvota u jagħżel Gvern għal ħames snin li ġejjin.
Illum għandna għażla li rridu nagħmlu…għazla li ssir bil-vot tagħna. L-għażla hija waħda – jekk irridux inkomplu ngħixu l-ħolma Maltija ta’ Joseph Muscat – jew jekk għandniex niefqu f’nofs din il-ħolma. Illum jinkiteb espisodju ġdid fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Xi jfisser jum il-votazzjoni? Ifisser li bil-vot tagħna, li għalih iġġieldu missirijietna – għandna mhux biss id-dritt – imma wkoll id-dmir – li nkunu parti mill-kitba tal-episodju ġdid fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Dmirna hu li, bil-vot tagħna, ngħinu biex pajjiżna jkompli jimxi ‘l quddiem.
341, 856 li huma eliġibbli għall-vot f’Malta u Għawdex.
L-apell hu biex tmur tivvota kmieni kemm jista’ jkun, bid-dokument tal-vot miegħek. Fl-aħħar ġurnata li fiha setgħu jinġabru d-dokumenti tal-vot, kien għad baqa’ 8, 372 persuna li ma ġabrux il-vot tagħhom. Dan jammonta għal 2.4% tal-elettorat.
MALTA TIVVOTA | |
ELEĠIBBLI LI JIVVOTAW | 333,380 |
MA ĠABRUX IL-VOT | 8,372 (2.4%) |
Jekk wieħed janalizza n-numri ta’ fejn ma nġabrux l-iktar voti jsib li dan seħħ fit-tnax –il distrett, magħmul fost oħrajn minn Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Hemm baqa’ 1,634 li baqgħu għand il-Kummissjoni Elettorali. Segwa l-għaxar distrett li jinkludi Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan u Gżira fost oħrajn. Hawn kien għad baqa’ 1,830 vot x’jinġabru.