Wara s-sitta li qlajna kontra r-Repubblika Ċeka llum Malta tilfet bl-iskor rispettabbli ta’ 2-1 kontra l-Awstrija.
Dan f’logħba ta ħbiberija li ntlagħbet barra minn pajjiżna u li rat lill-plejers ta’ Ghedin joffru prestazzjoni sodisfaċenti.
Kien Marko Arnautovic li fetaħ l-iskor għall-Awstrija fir-raba’ minuta filwaqt li Alessandro Shoepf rdoppja fit-18 –il minuta. Dan nissel biża’ li Malta setgħet kienet se dabbar xita ta’ gowls oħra, iżda ma kienx il-każ. Anzi, l-istilla ta’ Bayern Munich David Alaba wettaq awto gowl fis-87 minuta biex id-differenza fl-iskor kienet ta’ gowl wieħed biss.
https://www.youtube.com/watch?feature=share&v=6JPCBpMMx0c&app=desktop
Ritratti: MFA / FACEBOOK