Is-sit internazzjonali Euronews semma lil Malta mal-pajjiżi li l-Ewropej jistgħu jsiefru fihom matul is-sajf li ġej.
Is-sit ta’ aħbarijiet internazzjonali qal kif pajjiżna fetaħ għat-turisti mill-bidu ta’ dan ix-xahar u nnota kif pajjiżna huwa l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li laħaq l-immunità għall-virus tal-Covid-19.
Issemma wkoll kif pajjiżna għandu bosta siti storiċi ta’ interes.
Intqal kif ċittadini fl-Unjoni Ewropea, fir-Renju Unit u l-Kanada jistgħu jiġu lejn Malta b’test negattiv għall-virus.
Is-sit semma kif ir-ristoranti huma miftuħa sa nofsillejl, waqt li mistenni jitneħħa l-ilbies tal-maskri f’ċertu sitwazzjonijiet, minn Lulju.