“Malta tispikka ħdejn pajjiżi oħra”, kien fost l-ewwel kummenti tal-kantanta Imogen Heap, li minħabba l-involviment tagħha fl-industrija tal-mużika teknoloġika, tinsab f’pajjiżna għad-Delta Summit. Propju llejla ngġata bidu għal dan is-summit, fejn ‘il fuq minn 3,000 persuna jinsabu pajjiżna biex isegwu dak li Malta qed tagħmel fil-qasam tal-blockchain.
L-ewwel panel tal-lejla ddiskuta t-tema Malta: A small island with a global ambition. Kien hawnhekk li bi kburija, il-kantanta Ingliża qalet li pajjiżna jispikka f’diversi oqsma meta mqabbel ma’ pajjiżi ikbar, u forsi b’iktar riżorsi. Qalet ukoll li temmen li dan huwa ċ-ċans li permezz tat-teknoloġija, il-kantanti lokali igawdu iktar minn din l-industirja.
Inant, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jiddiversifika l-ekonomija. L-espert tal-Fintech Abdalla Kablan, id-Direttur ta’ Frank Salt Kevin Salt, u Christian Ellul, Direttur ta’ E&S Group, ukoll kienu parti minn dan l-ewwel panel tal-lejla.
Il-ġurnalista tal-crypto Amerikana Rachel Wolfson mexxiet id-diskussjoni.