Il-Gvern Malti ħabbar li kien qiegħed jirtira l-Ambaxxatur tiegħu mir-Russja, is-Sur Carmel Brincat b’sinjal ta’ solidarjetà mar-Renju Unit b’rabta mal-attakk li seħħ f’Salisbury li fissru bħala sfida serja għas-sigurtà.
Fi stqarrija, il-Gvern kkundanna l-attakk bl-aktar mod qawwi u qal li jaqbel mal-evalwazzjoni li għamel il-Gvern Ingliż li l-avvelenament fuq l-eks spija Russu u bintu hija responsabbli għalih il-Federazzjoni Russa.
Fid-dawl ta’ dan, il-Gvern iddeċieda li jirtira lill-Ambaxxatur Malti mir-Russja Carmel Brincat minn Moska.