Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra surplus ta’ aktar minn mija, tnejn u erbgħin miljun ewro. Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Bejn Jannar u Settembru li għadda, id-dħul rikorrenti tal-Gvern kien jammonta għal kważi ħames biljun u ħames mitt miljun ewro. Din hi żieda ta’ kważi seba’ mija u ħamsin miljun ewro aktar minn dak irreġistrat f’dan l-istess perjodu s-sena l-oħra.
Skont l-NSO, f’dan il-perjodu din is-sena ġie rreġistrat surplus, meta fl-2023 kien irreġistrat defiċit ta’ aktar minn sebgħa u erbgħin miljun ewro.
Din iż-żieda din is-sena hi attribwita għat-tkabbir fl-attività ekonomika, li sussegwentement wasslet b’mod awtomatiku għal aktar dħul mit-taxxi.
Miċ-ċifri jirriżulta wkoll li l-investiment totali, fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, kien jammonta għal aktar minn ħames biljuni u tliet mitt miljun ewro. B’dan ifisser aktar minn nofs biljun ewro, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.