Malta rebħet l-ewwel midalja tad-deheb waqt il-Kampjonat tal-Atletika għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li qed isiru f’Ġibilta’.
Id-deheb wasal fl-1500m tan-Nisa permezz ta’ Gina McNamara. Hija kellha ħin ta’ 4:45.43, ħin record tal-kampjonati.
F’dawn il-kampjonati, McNamara se tkun fl-azzjoni wkoll fit-800m u l-5000m.
Din ma kenitx l-unika midalja għal Malta sa issa. Hekk kif aktar qabel intrebħu tliet midalji tal-fidda u tnejn tal-bronż.
Janet Richard spiċċat it-tieni fl-400m b’ħin ta’ 54.32s.
Beppe Grillo ukoll rebaħ il-fidda meta daħal it-tieni fil-100m b’ħin ta’ 10.71s.
Fit-3000m steeplechase, iċ-champion nazzjonali Luke Micallef daħal it-tieni f’9:08.35.
Fil-100m Nisa, Carla Scicluna spiċċat it-tielet f’12.13s.
Fl-400m irġiel, Graham Pellegrini rebaħ il-bronż meta spiċċa t-tielet f’48.56s.


