Verjiniq Jomes, Bulgara tgħix f’Malta, poġġiet isem pajjiżna fil-quċċata waqt il-kompetizzjoni tal-immudellar “Miss World Next Top Model”, hekk kif ġiet inkurunata bħala Miss World Next Top Model 2016.
Titlu li ntrebaħ minn pajjiżna għall-ewwel darba. Għas-sena li ġejja, se jkollha l-opportunità li ddur madwar id-dinja b’dan it-titlu tant prestiġjuż, u sservi bħala Ambaxxatriċi f’diversi avvenimenti u attivitajiet li jittellgħu f’pajjiżi diversi. Mistennija tidher f’attivitajiet ta’ moda internazzjonali, u kif ukoll fuq diversi paġni ta’ quddiem ta’ rivisti rinomati. Verjiniq Jomes
ikkompetiet fost 44 tfajla oħra fil-Libanu, fejn bil-kuruna fuq rasha, se tibda dan il-vjaġġ li se jwassalha għal iktar opportunitajiet fix-xena internazzjonali.