Dajana Laketic, tfajla ta’ 26 sena Maltija b’dixxendenza Serba li toqgħod is-Swatar, ġiet inkurunata Miss Princess of the World 2017.
Dan huwa konkors ta’ sbuħija li ilu jsir mis-sena 2005 u li fih jikkompetu 40 pajjiz differenti fosthom Malta. Dajana rnexxielha tirbaħ ukoll żewg unuri oħra li huma ‘Best National Costume’ u ‘Miss Bikini’.
L-Arġentina u l-Islovakkja kkwalifikaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament wara pajjiżna.
Għall-ewwel darba din is-sena minn fost l-40 kontestanti ġew magħzula 8 finalisti sabiex l-ewwel taru lejn Barċellona imbaghad telgħu abbord l-MSC Meraviglia fejn itellgħet il-finali ta’ dan il-konkors.