Malta rebħet il-midalja tal-bronż waqt l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati tal-Badminton għat-timijiet tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa li sar fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
It-team malti rebaħ il-finali għat-tielet post meta l-Ħadd filgħodu għeleb lill-Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 3-1. Riżultat prestiġjuż għall-Badminton lokali li jippremja ix-xogħol kbir li sar matul dawn l-aħħar snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Kampjonat ġie mirbuħ minn Ċipru li fil-finali għad-deheb għelbu lill-Islanda bl-iskor ta’ 3-2.