L-Agenzija tal-Ilma u l-enerġija ngħatat għaxar miljun ewro mill-kummissjoni Ewropea għal programm nazzjonali tal-Ilma.
Il-Proġett ta’ 17-il miljun se jara l-implimentazzjoni tal-programm taħt id-direttiva ewropea tal-ilma.
30 proġett ta’ informazzjon pubblika, fejn fost oħrajn se jsir audit u assessjar ta’ kif il-pubbliku juża l-ilma fid-dar tiegħu.
Malta ingħatat dawn il-fondi ewropej wara li kkompetiet fil-Programm Life ma’ 28 stat membru tal-Unjoni Ewropea u rebħet 10 miljuni.
Il-kummissjoni Ewropea fetħet sejħa oħra għal programm Life fejn qed tallokka 400 miljun għal qasam tal-klima , ambjent u żvilupp sostenibbli.
Ghal darba oħra Malta trid tikkompeti mal-istati membri.
Jistgħu japplikaw u jitolbu l-għajuna tal-MEUSAC, kunsill lokali, għaqdiet governattivi u smes sabiex jieħdu dawn il-fondi mill-kummissjoni ewropea.
Ghal din il-konferenza kien hemm preżenti l-Ministru Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.