Gowl tas-sostitut Kyrian Nwoko kien biżżejjed biex Malta tirbaħ 1 – 0 kontra l-Lussemburgu f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet il-Ġimgħa filgħaxija propju fil-Lussemburgu.
Minkejja r-rebħa, Malta bla dubju trid ittejjeb il-prestazzjoni hekk kif l-avversarji għal ħafna ħinijiet kienu fil-kontroll tal-partita u saħansitra anke viċin il-gowl.
Il-gowl li d-deċieda l-konfront wasal fl-64 minuta meta wara li r-rċieva mingħand Matthew Guillaumier, Nwoko xeħet fix-xibka għal 1 – 0.
Malta terġa tkun fl-azzjoni kontra l-Ingilterra nhar il-Ġimgħa fl-Stadium Nazzjonali din id-darba f’logħba ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Ingilterra.
Ritratt: Stephen Gatt