Team Malta kiseb suċċess kbir waqt il-Kampjonat tad-Dinja Amateur tal-Kickboxing ISKA fi Vjenna. Dan hekk kif rebaħ total ta’ 13-il midalja, erbgħa minnhom tad-deheb. Malta b’hekk spiċċat fis-16-il post overall minn total ta’ 37 pajjiż. B’kollox il-maltin rebħu 4 deheb, 3 fidda u 6 bronż.
B’kollox ħadu sehem 1,100 kickboxers minn madwar id-dinja, f’kompetizzjonijiet mifruxa fuq erbgħa t’ijiem.
It-13-il midalja mirbuħa mill-maltin ifissru titjieb kbir mill-parteċipazzjoni fl-istess kampjonat atd-dinja tas-sena l-oħra. Dan juri x-xogħol li qed isir f’dan l-isport, grazzi għall-ħidma tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Kickboxing, il-kowċies tagħha u l-klabbs lokali.
Suċċess li jimla lill-istess assoċjazzjoni b’kuraġġ, hekk kif f’April 2025 Malta se tkun qed tospita l-Kampjonat Ewropew Amateur tal-Kickboxing ISKA.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Kickboxing tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li appoġjaw lill-kickboxers lokali f’dan il-kam pjnat tad-dinja, fosthom entitajiet, sponsors, Gladiators Promotions u bosta kowċies.