Fi Vjenna, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u ċ-Chairman-in Office tal-OSCE, Ian Borg, ippreżenta l-prijoritajiet ta’ Malta għall-Presidenza Maltija f’din l-akbar organizzazzjoni tax-xorta tagħha fid-dinja.
Fil-ftuħ tal-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, il-Ministru Borg sostna kif Malta se tkun qed iżżomm l-aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq nett tal-aġenda tagħha.
Ħabbar kif il-ġimgħa d-dieħla se jkun qed iżur Kyiv biex juri l-appoġġ lejn l-Ukrajna fejn tenna kif din il-gwerra għandha titwaqqaf. Spjega kif se jkun qed ikompli jtenni l-messaġġ biex ir-Russja tieħu pass lura u twaqqaf il-qtil ta’ ħajjiet innoċenti.
“The first of these is our unequivocal commitment to keeping Russia’s illegal war of aggression against Ukraine at the top of the OSCE agenda. The challenges faced by Ukraine will be addressed throughout our programme. I, and the Maltese Chairpersonship will continue to demand Russia’s full, unconditional and immediate withdrawal from the entire territory of Ukraine within its internationally recognised borders. I reiterate my strongest condemnation of the intensified attacks witnessed in the last weeks.”
Prijorità oħra li Malta se tenfasizza fuqha hi li tassigura l-funzjonijiet tal-OSCE u kif ukoll issib is-soluzzjonijiet għat-tmexxija tagħha.
Spjega kif il-Presidenza Maltija tal-OSCE se tkun qed tkompli tibni fuq dik tal-Maċedonja ta’ Fuq fl-aħħar sena biex tassigura li żżomm aktar minn biljun persuna fiċ-ċentru tal-aġenda tal-organizzazzjoni.
Dr Borg qal kif, għalhekk, Malta se tkun qed tkompli tibni fuq id-diplomazija tagħha fi New York, dik li tenfasizza l-importanza fuq l-aġenda li hi Nisa, Paċi u s-Sigurtà.
Qal kif Malta se tkun qed tkompli taħdem fuq l-isforzi biex issaħħaħ ir-reżiljenza kontra theddid cyber, tindirizza theddid transnazzjonali u taħdem fuq l-impenn tal-kontroll ta’ armi konvenzjonali.
Spjega kif Malta se tkun qed tagħti wkoll importanza fuq kif tgħaqqad ir-relazzjonijiet diġitali u tippromwovi aċċess usa’ ta’ teknoloġiji u kompetenzi. Dan filwaqt li tkompli taħdem aktar mill-qrib għal koperazzjoni dwar ir-reżiljenza tal-klima, addattazzjoni u mitigazzjoni kif ukoll li tiġġieled kontra l-korruzzjoni u taħdem favur it-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel.
Dr Borg tenna dwar l-importanza li tiġi assigurata s-sigurtà tal-ġurnalisti, b’mod partikolari ġurnalisti nisa.
“At a time when media freedom is more under threat than ever before, Malta’s Chairpersonship will push forward initiatives on media literacy and the safety of journalists, particularly female journalists, both online and offline. We will also actively engage in efforts to combat violence against women and human trafficking.”
Il-Ministru Borg qal kif din is-sena, Malta qed tikkommemora tliet kisbiet importanti li huma s-sittin sena bħala nazzjon indipendenti, ħamsin sena bħala Repubblika u għoxrin sena bħala membru tal-Unjoni Ewropea.
Tenna kif Malta għalhekk tibqa’ kommessa li żżomm il-prinċipji u l-impenji tagħha bil-għan aħħari jibqa’ li jerġa’ jkun hemm paċi u sigurtà fir-reġjun tagħna.
Temm billi qal li hu, għalhekk, li Malta se tkun qed tagħmel ħilitha kollha, biex issaħħaħ ir-reżiljenza ta’ din l-organizzazzjoni u taċ-ċittadini fi ħdanha biex tassigura sigurtà u paċi għall-futur.
AQRA AKTAR: