Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li Malta insistiet bis-saħħa li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jirrispettaw u jirriflettu wkoll il-prinċipji mħaddna fil-Kostituzzjoni ta’ Stati Membri bħal Malta li tħaddan in-newtralità u n-non-allinejament.
Qal li sodisfatt li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew issa jirriflettu dan wara l-insistenza u l-pożizzjoni soda li wasslet Malta fil-Kunsill Ewropew.
“Ejja ma nittraskurawx ir-realtajiet u r-rabtiet Kostituzzjonali li għandhom Stati Membri żgħar”, saħaq Dr Abela llejla f’kummenti mal-midja fi Brussell wara li ntemmet sessjoni minn Summit tal-Kunsill Ewropew li qed jitlaqqa’ f’dawn il-jumejn.
Il-Prim Ministru Robert Abela għamel żewġ interventi b’saħħithom dwar il-ħtieġa ta’ waqfien mill-ġlied permanenti f’Gaża u ieħor indirizzat lill-Parlament Ewropew biex dan jirrispetta l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Parlament Malti.
Dan f’messaġġ ċar favur in-newtralità li jħaddan pajjiżna.
AQRA AKTAR: