Ftehim li l-Gvern iffirma man-Noverġja u l-pajjiżi tal-EEA (European Economic Area) wassal biex għat-tielet darba pajjiżna jingħata fondi, liema fond huwa ta’ €8,000,000. Dawn il-fondi li ġejjin mill-EEA and Norway Grants, se jkunu qed jintużaw sal-2021, fondi li se jiġu investiti mill-Gvern Malti fi proġetti tal-kultura, saħħa, tfal, żgħażagħ f’riskju u żvillupp lokali.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li indirizzaw il-Prim Ministru tan-Noverġja li bħalissa tinsab f’pajjiżna fuq żjara u l-Prim Ministru Malti.
Intqal ukoll li l-ġimgħa matul is-summit se jkun diskuss dokument dwar kif għandha tiġi indirizzata l-imigrazzjoni. Il-Prim Ministru stqarr li d-diskussjonijiet mal-Libja huma mportanti biex il-Gvern Libjan jingħata l-għajnuna biex ikun jista’ jħares il-fruntieri.
I thanked #Norway PM @erna_solberg for the new €8 million fund to be used to improve social justice, education and health in #Malta -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) February 1, 2017