Is-Sibt 2 t’April, waqt li f’Malta nilqgħu lil Papa Franġisku fostna għal żjara ta’ ftit aktar minn ġurnata, d-dinja qed tfakkar is-17-il sena mill-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II dam 27 sena jmexxi lill-Knisja Kattolika. Huwa miet fl-eta’ ta’ 84 sena fit-2 t’April għal ħin tad-9pm, fejn fi Pjazza Vatikan, mal-ewwel bdiet l-għajta sabiex jiġi ddikjarat qaddis.