Malta qed tilqa’ lir-rebbieħa ta’ Miss Universe 2024, id-Daniża ta’ 21 sena, Victoria Kjær Theilvig.
Kien matul il-jum tal-Erbgħa li Theilvig waslet f’pajjiżna, fejn kienet milqugħa mir-rebbieħa ta’ Miss Universe Malta 2024, Beatrice Njoya.
Ma’ ONE News, Alan Darmanin, id-Direttur Nazzjonali ta’ Miss Universe Malta, spjega kif Theilvig se tkun qed tqatta’ tlett ijiem f’pajjiżna f’ħaġa unika li qatt ma saret qabel.
“Huwa ta’ unur kbir li lqajniha hawnhekk fostna ġewwa Malta. Hija l-ewwel darba fl-istorja li Miss Universe qed iżżur proprju pajjiżna. Hija pjattaforma kbira b’ħafna miljuni ta’ spettaturi, għalhekk hi opportunità li nuru s-sbuħija ta’ Malta. Għandna tlett ijiem ippakkjati fejn se nduru Malta u Għawdex ukoll. U grazzi lil VisitMalta li għamel dan possibbli biex ikollna lil Miss Universe f’Malta.”
ALAN DARMANIN
ONE News ħa l-opportunità wkoll jieħu l-ewwel kummenti ta’ Theilvig, li qalet li tinsab ħerqana li tinsab f’pajjiżna għall-ewwel darba.
“I feel super excited, this is my first time here in Malta. I have always wanted to visit Malta, because the history here is amazing – it’s something I was always reading about when I was a little girl, so being her now and to experience it, I’m just so excited.”
VICTORIA KJÆR THEILVIG
F’kumment t’għeluq, hi ħeġġet lill-mudelli Maltin fis-settur u dawk li qed jitħajru jidħlu fih biex ma jaqtgħu qalbhom qatt.
“Nothing is impossible, dream big, work hard for it, and don’t be afraid of failure.”
VICTORIA KJÆR THEILVIG