L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ospitat it-tmien laqgħa internazzjonali tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konservazzjoni taċ-ċetaċji (bħal baleni u dniefel).
Il-laqgħa, imsejjħa ACCOBAMS, tiffoka fuq il-Baħar l-Iswed, il-Baħar Mediterran u ż-Żona Atlantika.
Pajjiżi minn dawn iż-żoni ddiskutew kif se jtejbu ħajjet baleni u dniefel, u adottaw programm ta’ ħidma għal tliet snin, biex dawn il-ħlejjaq ikomplu jgħixu f’dawn ir-reġjuni.
Dan il-pjan jinkludi ħsejjes taħt l-ilma, dniefel u baleni li jinqabdu fuq l-art, u l-preżenza ta’ vapuri fil-baħar. Dan il-pjan huwa akkumpanjat ukoll minn kampanja ta’ monitoraġġ fit-tul fuq l-annimali nfushom, biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom.
Il-laqgħa kienet tinkludi rappreżentanti tal-pajjiżi, kif ukoll osservaturi, esperti u speċjalisti tal-baħar.