Malta irnexxiela tilħaq il-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tax-xogħol. Dan hekk kif Malta għanda rata t’impjiegi li taqbeż il-ħamsa u sebgħin fil-mija. Dan joħrog minn stqarrija tal-Eurostat bbażata fuq statistika ppruvduta mill-European Labour Force Survey li kienet ippublikata l-Ġimgħa filgħodu.
Fil-fatt il-mira ta’ Malta kienet li sa sentejn oħra jkollha 70% tal-popolazzjoni tagħha fl-etaijiet ta’ bejn l-20 u l-64 sena f’impjieg. Mira li ntlaħqet ferm qabel hekk kif matul is-sena li għaddiet, kienu diġa qedgħin jaħdmu 71.4%.
Bis-saħħa ta’ miżuri li daħħal il-Gvern fl-aħħar snin fosthom iċ-childcare bla ħlas, ir-rata ta’ parteċipazzjoni ta’ nisa fis-suq tax-xogħol ukoll baqgħet tiela tant li laħqet it-58%. Minkejja dan id-differenza bejn in-nisa u l-irġiel Maltin għadha fost l-aktar għolja fl-Unjoni Ewropea.
L-istrateġija Ewropa 2020 għanda l-għan li r-rata tal-impjiegi għal nies bejn l-għoxrin u l-erbgħa u sittin sena fl-Unjoni Ewropea tkun iżjed minn rata medja ta’ ħamsa u sebgħin fil-mija.