Malta kisbet it-tieni midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth f’Gold Coast, L-Awstralja.
Dan hekk kif it-tiratur tat-Trap Brian Galea rebaħ il-midalja tal-Bronż fit-trap.Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima spjega kif dan ikompli jikkonferma l-impenn ta’ dan il-Gvern li jinvesti fl-atleti u fl-infrastruttura sportiva.
Sostna li dawn ir-riżultati huma ta’ preludju għall-ftuħ tax-shooting range internazzjonali li ser tkun lesta fil-ġranet li ġejjin, fejn Malta ser tkun qed tospita aktar minn 50 pajjiż fit-Tazza tad-Dinja li ser issir f’pajjiżna f’Ġunju.