Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikkundanna l-attakk kimiku li seħħ fis-Sirja, fejn kawża tiegħu tilfu ħajjithom għexieren ta’ persuni, fosthom tfal.
L-użu tal-armi kimiċi fl-attakk li seħħ ilbieraħ fis-Sirja, jiksru il-prinċipju fundamentali tal-Konvenzjoni tal-Armi Kimiċi, qal dan Il-Ministru George Vella fl-istqarrija.
Vella qal li dawk li huma responsabbli għandhom iwieġbu għal għemilhom dan hekk kif il-każ imur kontra l-liġi internazzjonali umanitarja.
Il-Ministru appella biex titwaqqaf il-vjolenza fis-Sirja, fejn talab lill-partijiet involuti fil-kunflitt biex jaslu għal qbil, fejn il-passat ma jiddeterminax il-futur.