Malta kkundannat l-attakk terrorstiku li sar il-Ġimgħa filgħodu, fil-belt kapitali tat-Tuneżija, Tuneż. Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej.
Fl-istqarrija, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ura s-solidarjetà mal-familji affettwati f’dan l-attakk, filwaqt li nnota kif Malta se tkompli żżomm relazzjoni tajba mat-Tuneżija. Intqal ukoll kif Malta se tkompli l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u favur l-istabiltà fir-reġjun tal-Mediterran.
Il-każ ġara l-Ġimgħa filgħodu, wara żewġ attakki viċin l-Ambaxxata tal-Istati Uniti fit-Tuneżija. F’dan l-attakk miet pulizija, filwaqt weġgħu ħames persuni oħra.