Malta ġiet l-ewwel fil-Euopean Code Week bl-isem ta’ Inspiring Digital Skills, li seħħet bejn il-5 u l-20 ta’ Ottubru. L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li l-ħiliet diġitali u l-innovazzjoni jħallu efffett fuq il-ħajja tal-bniedem. Matul din il-ġimgħa skejjel, coding clubs u organizzazzjonijiet oħrajn kienu mistiedna biex jorganizzaw attivitajiet marbuta ma’ coding u computational thinking.
Għat-tielet sena konsekuttiva, Malta kklassifikat fl-ewwel post wara li organizzat l-aktar attivitajiet fost is-70 pajjiż li ħadu sehem. Malta reġgħet qabżet il-mira tal-Kummissjoni Ewropea li jieħdu sehem aktar minn 50% tal-iskejjel. Fil-fatt ħadu sehem aktar minn 80% tal-iskejjel lokali ħadu sehem f’din l-inizjattiva. Din is-sena Malta rduppjat l-attivitajiet li organizzat.
Għalliema Maltin kienu impenjati biex jorganizzaw diversi inizjattivi flimikien mal-istudenti tagħhom dan tixhdu l-website EU Code Week. Huma għamlu użu wkoll minn riżorsi differenti bħalma huma, tajra robotika, karti u oħrajn.