Malta qed tiċċelebra l-jum dinji konta l-omofobija, bifomija u transfobija fl-imkejjen diplomatiċi li fihom għandha preżenza fosthom fżambaxxati, kummissjonijiet u rappreżentazzjonijiet madwar id-dinja fejn ittellgħet il-bandiera tal-qawsalla f’Berlin, Brussel, Canberra, Geneva, Londra, New Delhi, Ruma, Varsavja u f’Washington.
L-amabaxxata Maltija f’The Hague ħadet sehem f’diskussjoni li saret mill-Gvern Olandiż dwar id-drittijiet u l-ugwaljanza.
Dan kollu juri r-rieda li pajjiżna għandu biex ikompli jsaħħaħ l-ugwaljanza, irrelevanti l-orjentazzjoni sesswali kif ukoll juri r-rieda li jkompli jiġġieled id-diskriminazzjoni f’dan is-suġġett. Il-Ministru tal-Affarijiet barranin u promozzjoni tal-kummerċ Carmelo Abela fakkar li pajjiżna għamel passi kbar u semma li Malta se tkompli tkun fuq quddiem nett biex tiġġieled għad-drittijiet ugwali għal kulħadd.