Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jilqa’ l-Artikolu IV Konklussiv tal-IMF (International Monetary Fund) liema artiklu jiddikjara li l-politika prudenti u riformi strutturali avvanzati kkontribwew għall-tisħiħ tas-settur privat u pubbliku, ħolqien t’ impjiegi stabbli filwaqt li naqqas il-qgħad għal livelli l-aktar baxxi storikament.
Barra minn hekk, il-Gvern huwa mistenni li jaqbeż il-mira tal-baġit tal-2017.
L-IMF ikkonferma li Malta qed tgawdi minn tkabbir ekonomiku b’saħħtu u tibqa’ waħda mill-ekonomiji l-aktar b’saħħithom fl-Ewropa.