Fi tmiem Summit tal-Kunsill Ewropew f’Versailles, il-Prim Ministru Malti Robert Abela saħaq li Malta baqgħet tisħaq għal paċi anki jekk is-sitwazzjoni hija diffiċli u t-tensjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja huma kbar.
“Irridu nibqgħu nagħmlu dak kollu possibbli għal paċi”, saħaq il-Prim Ministru f’Pariġi.
Il-Prim Ministru aċċenna li bħal ma sar waqt pandemija, se jibqa’ jaħdem u l-provvista tal-prodotti essenzjali u l-materja prima se tibqa’ waħda salvagwardjata.
Huwa insista li ta kelma li l-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu stabbli f’pajjiżna u se jibqa’ determinat li jżomm kelmtu.