Malta baqgħet l-iżjed pajjiż mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea li laqmet persuni kontra l-Covid-19.
Dan hekk kif 95.2% tal-popolazzjoni Maltija huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Dan ġie rrappurtat bi prominenza mis-sit internazzjonali Euronews, fejn intqal li huma biss 4.8% tal-popolazzjoni Maltija li mhumiex imlaqqma.
Dan ir-rapport jgħid li wara Malta ssegwi l-Portugall, li għandu kważi 10% inqas tar-rata ta’ pajjiżna.
Dan hekk kif 85.7% tal-Portuġiżi huma kompletament imlaqqma.
Wara Malta u l-Portugall, isegwu Spanja, l-Irlanda u d-Danimarka.
Filwaqt li l-inqas pajjiżi li għandhom persuni mhux imlaqqma kontra l-virus huma l-Islovakkja, ir-Rumanija u l-Bulgarija.
Fir-Rumanija huma biss ftit iżjed minn 32% tal-popolazzjoni li tlaqqmu kontra l-virus.
Waqt li fil-Bulgarija huma ftit iżjed minn 21% li huma mlaqqma kompletament.
Filwaqt li pajjiżi kbar fl-Unjoni Ewropea bħal Franza u Ġermanija għandhom ftit iżjed minn żewġ terzi tal-popolazzjoni li huma mlaqqma.
Dan ir-rapport tal-Euronews jgħid li l-maġġoranza tal-pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea, bħal Malta bdew ilaqqmu l-ewwel lill-ħaddiema fis-settur saħħa.
Grupp ta’ pajjiżi oħra, fosthom Franza u Ġermanja bdew ilaqqmu l-ewwel lill-anzjani.
Filwaqt li fil-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka bdew jagħtu l-ewwel tilqim lill-politikanti.