Minkejja d-diversi pajjiżi li żaret ir-Reġina Eliżabetta t-tieni, Malta tibqa’ l-pajjiż l-aktar għal qalbha. Dan qalitu r-Reġina stess waqt diversi intervisti fejn qalet li dawk kienu l-uniċi sentejn li għexet f’inqas formalità fejn saħansitra kienet issuq karozza hi stess fit-toroq Maltin.
Forsi bosta jaħsbu li huwa biss il-privileġġ li tgħix ħajja ta’ lussu meta fil-verità, il-familja rjali tikkonsisti min-nies umani bħalna li qajla jistgħu jagħmlu li jfettilhom fil-ġurnata tagħhom bħal ngħidu aħna jiddeċiedu li jmorru mixja fejn iridu mingħajr ma jkollhom il-midja tiġri warajhom.
Kif jgħid il-Malti Mhux kull ma jelqq hu deheb u xejn mhu faċli li tgħix ħajja, li fil-maġġoranza tagħha tkun formali.
Eliżabetta t-tieni llum għandha 92 sena u għexet fi Gwardamangia f’Malta bejn l-1949 u l-1951 minħabba l-fatt li l-Prinċep Filippu kien stazzjonat f’pajjiżna bħala uffiċjal tan-Navy.
L-aħħar darba li żaret pajjiżna r-Reġina Eliżabetta kien fl-2015 fic-CHOGM.