Tul il-ġurnata tas-Sibt, Malta se tibgħat sitt kontejners ta’ għajnuna umanitarja lejn l-Ukrajna.
Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif żar il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Dan waqt li bdew jagħmlu l-aħħar tħejjijiet hekk kif illum din l-għajnuna se titlaq lejn l-Ukrajna.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Dr Abela qal kif Malta se tibgħat għajnuna b’valur ta’ €1,15 miljun f’mediċini u tagħmir mediku.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-entitajiet differenti li kkordinaw sabiex għamlu dan possibli.