Malta se tibda tirrikonoxxi ċ-ċertifikati diġitali tal-Kuwajt u Singapore. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u tat-Turiżmu.
Huma spjegaw li ċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti meta persuna tkun ħadet wieħed mill-vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, tkun imlaqqma kompletament u jkunu għaddew 14-il jum minn meta ttieħdet l-aħħar doża.
Bħalissa, Malta qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea, tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit, tas-Serbja, tal-Ġibiltà, ta’ Jersey, ta’ Guernsey, tal-Qatar, tal-Albanija, tal-Awstralja, tal-Kanada, tal-Eġittu, tal-Lebanon u kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.