Tassew bidu tajjeb għat-tim nazzjonali Malti li kiseb tliet punti importanti fl-ewwel logħba mir-rawnd ta’ klassifikazzjoni għall-Euro 2020.
F’logħba kontra l-Faroe Islands il-Maltin kienu l-aħjar fil-grawnd li inkoraġġiti minn partitarji li taw appoġġ kontinwu taw wirja pjaċevoli li rari naraw bħalha mit-tim ta’ pajjiżna.
Malta marret fil-vantaġġ fi 13–il minuta b’gowl tal-plejer Kyrian Nwoko. Mas-siegħa logħob kien hemm mumenti diffiċli għal Malta meta tkeċċa l-plejer Andrei Agius għal hands ball. Iżda, il-gowler Malti Henry Bonello għamel save mill-isbaħ. Ftit ħin wara kienet Malta li gawdiet minn penalty u mill-ħdax il-metru Steve Borg ma falliex.
Fil-ħin barrani, it-tim ta’ Faroe Islands naqsu d-distakk għal skor finali ta’ 2 – 1.