Malta ġiet ikklassifiakt fost l-iktar seba’ Stati Membri Ewropej li bħalissa qed jagħmlu suċċess fil-qasam tal-Innovazzjoni. Dan skont l-aħħar stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea magħruf bħala ‘Innovation Scoreboard’.
Malta rat tkabbir sostanzjali fil-prestazzjoni innovattiva tagħha mill-elfejn u ħdax f’issa, tant li fost il-pajjżi Ewropej, tibbrilla f’dak li huwa talent intellettwali. Dan jinkludi fost oħrajn innovazzjoni fir-riċerka li ssir fil-pajjiż li tolqod diversi setturi bħas-saħħa, l-edukazzjoni, u anke n-negozju.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet ukoll li l-Iżvezja hija l-aktar pajjiż li qed tagħnmel suċċess f’dan il-qasam. Din hija segwita mill-Finlandja, id-Danimarka, u l-Olanda.
L-istħarriġ wera li l-kapaċità innovattiva tal-istati membri Ewropej kibret bi tmienja punt tmienja fil-mija fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, u li b’hekk qabżu lill-Istati Uniti f’dawk li huma kisbiet kruċjali f’dan is-settur kompetittiv.
Żewġ terzi tat-tkabbir ekonomiku li esperjenzat l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar għaxar snin kien iġġenerat minn dan il-qasam. L-istħarriġ ibassar ukoll li investiment żejjed fir-riċerka u l-innovazzjoni, kapaċi joħloq madwar mal-mitt elf impjieg ġdid madwar l-Ewropa bejn l-2021 u l-2027.