Malta laħqet il-miri tal-elfejn u għoxrin fil-qasam tax-xogħol ferm qabel dak mistenni.
Statistika tal-EuroStat, saħqet li grazzi għal żieda fil-ħolqien tal-impjiegi sa mill-elfejn u erbatax, Malta laħqet il-miri fl-elfejn u sbatax, tliet snin qabel mistenni.
Il-EuroStat irrimarkat b’mod pożittiv dwar dak li rnexxielha tagħmel Malta, f’temp qasir, riżultat ta’ miżuri li daħlu bosta nies fid-dinja tax-xogħol.
Ewlenin fosthom il-miżura tas-servizz b’xejn għaċ-child care li għen bosta nisa jimpjegaw ruħhom filwaqt li kellek ukoll miżura oħra magħrufa bħala tal-inwork benefit li ħeġġet dawk dipendenti fuq il-benefiċċji jersqu ‘l quddiem biex jaħdmu.
Il-Eurostat innonta wkoll il-mira li l-pajjiż laħaq fil-konsum tal-enerġija, b’hekk aktar nies qed jifilħu jużaw l-enerġija primarja.
Minkejja dan, il-Eurostat sostniet li Malta għadha trid tilħaq il-mira tal-elfejn u għoxrin b’rabta mat-tnaqqis tan-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.
Il-Eurostat saħqet li Malta għamlet passi ta’ ġgant u fl-aħħar snin naqset il-faqar u dawk f’esklużjoni soċjali.
L-istess statistika li faħħret lil Malta fil-qasam tax-xogħol, rrimarkat li pajjiżna għad fadallu jnaqqas in-numru ta’ nies li jitilqu kmieni mill-iskola.
Għalkemm l-istatistika tinnota li pajjiżna qed itejjeb is-sitwazzjoni f’dan ir-rigward filwaqt li żied in-numru ta’ nies li għandhom edukazzjoni terzjarja.