Is-Sibt, il-Fondazzjoni għall-Komunità Ukrena ta’ Malta organizzat mixja maqsuma f’żewġ partijiet, fil-Belt Valletta u f’San Ġiljan fil-qafas tal-kampanja dinjija bl-isem ta’ #StandwithUkraine.
Dan biex tkompli tiġi appoġġjata l-Ukrajna, sentejn minn meta bdiet l-invażjoni fuq skala sħiħa, u deċenju mill-bidu tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna.
Il-gwerra dgħajjfet is-sistema ta’ sigurtà kollettiva stabbilita wara t-Tieni Gwerra Dinjija u qed tkompli timmina l-istabbiltà tal-Ewropa u tas-sigurtà globali b’mod ġenerali.
F’San Ġiljan, crew ta’ ONE news tkellem ma’ waħda mill-organizzaturi tal-mixja, li appellat lill-pubbiku biex jgħin u jagħti l-kontribut tiegħu f’kull aspett.
Qalet, “We are gathered today to mark 2 years since the full-scale invasion of Ukraine and pretty much 10 years since the Russian war against Ukraine and today is a very sad day for our country and we would like to walk with our flag to remind people that the war is still ongoing, that atrocities are happening as we speak now and that most of us are still in pain and we really need your support whether it’s moral, physical or any other that you can give us, we are genuinely very appreciative.
Dan l-avveniment ittella’ bl-appoġġ tal-Kungress Dinji Ukren u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.