Malta hija mħassba ħafna bit-tensjoni dejjem tiżdied fir-reġjun tal-Golf. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Intqal ukoll li Malta temmen bis-sħiħ li bastimenti li jbaħħru b’mod paċifiku fl-ibħra internazzjonali m’għandhomx ikunu soġġetti għal attakki arbitrarji u li s-sigurezza u s-sigurtà tagħhom għandhom ikunu garantiti.
Il-liġi internazzjonali għandha tkun rispettata.
Sar ukoll l-appell biex il-partijiet kollha jaħdmu biex inaqqsu t-tensjonijiet u jevitaw kwalunkwe eskalazzjoni militari, li mhi fl-interess ta’ ħadd u sempliċement twassal għal ċiklu vizzjuż.