L-aħħar tħejjijiet għall-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) u l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-Kapitoli Kummerċjali u ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-Ftehimiet tal-Kummerċ Barrani tal-UE kienu l-għan ewlieni tal-Kunsill Kummerċjali Informali li sar fi Brussell li għalih attenda l- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, Chris Cardona.Il-Ministri tal-Kummerċ li pparteċipaw iddiskutew ukoll l-implikazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tal-proposti fid-diskors tal-Istat tal-Unjoni ta’ Juncker, partikolarment kwistjonijiet li jikkonċernaw l-Infurzar ta’ Dispożizzjonijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Qafas Leġiżlattiv dwar l-Iskrining tal-Investiment. Rigward l-Infurzar tad-Disposizzjonijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli, Malta tappoġġja lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-istandards tal-UE għal żvilupp sostenibbli, pero temmen li dan jista’ jinkiseb billi l-kummerċ isir aktar inklusiv permezz ta’ inċentivi aktar milli sanzjonijiet.
It-taħdidiet taw ukoll ħarsa lejn riżultati li jistgħu possibbliment joħorġu mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss f’Buenos Aires. L-UE ressqet proposti dwar is-sussidji tas-sajd, ir-regolament domestiku fis-servizzi, il-kummerċ elettroniku, dwar it-titjib tat-trasparenza għall-benefiċċju tal-SMEs kif ukoll dwar sussidji orizzontali. Fid-dawl ta’ dan, it-taħdidiet innotaw l-importanza li jfittxu riżultat aktar ambizzjuż rigward l-appoġġ domestiku, il-kummerċ elettroniku u l-faċilitazzjoni tal-investiment.
Il-fatt li l-kummerċ qed jevolvi jfisser li l-UE qed tiffaċċja iktar sfidi fil-politika kummerċjali, minħabba fatturi esterni u interni. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Cardona nnotat li “Il-prijoritajiet tagħna se jibqgħu jissalvagwardjaw u l-ħolqien ta ‘klima tajba għall-kummerċ u l-opportunità li jiffjorixxu f’suq Ewropew magħqud.”