Minkejja l-aħbarijiet li ħarġu matul il-ġurnata tat-Tlieta u s-sospenzjoni tal-kowċ Devis Mangia, t-tim nazzjonali Malti rnexxilu jdawwar telfa f’rebħa meta f’Ta’ Qali Malta għelbet lill-Iżrael 2 – 1 f’partita ta’ ħbiberija.
It-tim nazzonali Malti kellhu wirja tajba u fil-29 minuta resaq viċin li jiftaħ l-skor permezz ta’ Shawn Dimech li minn taħt il-lasta ra l-konklużjoni tiegħu tistampa ma’ sieq il-lasta. Ta’ din l-azzjoni mitlufa Malta patit qares għaliex sekondi biss wara Iżrael ġew mogħtija penalty ferm diskuttibli li minnhu Bibras Natcho ma’ falliex għal 1- 0.
Fit-tieni taqsima ż-żewġ kowċis, Davide Mazzotta għal Malta u Alon Hazan għal Iżrael, wettqu numru ta’ sostituzjonijiet, bit-tim Malti l-aktar li jibbenifika għaliex tnejn mis-sostituti rnexxilhom jsibu x-xibka.
Kien fl-84 minuta li Malta ġabet id-draw permezz ta’ Alex Satariano li xeħet fix-xibka wara pass perfett ta’ Jodi Jones. Tlett minuti wara Ferdinando Apap skora l-gowl tar-rebħa meta minn korner bir-ras id-depożita l-ballun fix-xibka tal-avversarji għal skor finali ta’ 2- 1.
Ritratt: Domenic Aquilina / MFA