Kull min għex is-snin disgħin żgur mhux forsi li b’xi mod jew ieħor sar jaf bis-serje televiżiva tant popolari, Charmed. Serje li titratta dwar tliet aħwa li kellhom setgħet sopranaturali u li flimkien kienu jiġġieldu kontra l-ħażin. Proprju f’din is-serje kien hemm karattru bl-isem ta’ Cole Turner, u li minkejja li s-segwaċi kienu bejn ħaltejn jekk iħobbux jew jogħbodux lil dan il-karattru, l-preżenza tiegħu fis-serje żgur ma ntesietx.
L-attur Awstraljan li proprju ħadem l-irwol ta’ Cole, Julian McMahon, hu magħruf ukoll għall-irwol tiegħu bħala kirurgu fuq is-serje Nip/Tuck qatta’ tmiem il-ġimgħa tal-Għid f’Malta.
Kien il-kok Marvin Gauci li qasam din l-aħbar mas-segwaċi tiegħu fuq Instagram b’għadd ta’ ritratt mal-artist ta’ fama mondjali fejn kiteb kif kien ta’ pjaċir li jiltaqa’ ma’ McMahon u jqatta’ ftit ħin miegħu filwaqt li jdewqu ikel mill-aqwa waqt li kien fir-ristoranti tiegħu.
McMahon mhuwiex l-ewwel ċelebrità li żar Malta dan hekk kif fost l-artisti li żaru lil Malta nsibu lill-kantanta Jessie J, b’Antonio Banderas iżur Malta ftit ilu fuq xogħol fost bosta oħrajn.