Il-Prim Ministru fakkar il-memorja tal-imwiet t’unur bejn 1914 u 1918 waqt ċerimonja simbolika ta’ Remembrance Sunday quddiem il-monument tal-gwerra fil-Furjana. Il-kuruna turi l-emblema tal-ewwel gwerra, l-poppy.
Iċ-ċerimonji nfetħu mill-parata tal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li mxiet mid-daħla tal-Belt għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn saret quddiesa imexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-memorja ta’ dawk kollha li mietu.
Wara, l-għola awtoritajiet tal-pajjiż flimkien ma’ diversi rappreżentanti ta’entitajiet lokali u Ambaxxaturi qegħdu l-kuruni tal-poppies mal-monument tal-Gwerra fil-Furjana. Hawnhekk, segwa d-daqq tal-innu Malti kif ukoll tal-Last Post.
Kien propju fil-ħdax tal-11 ta’Novembru tal-ħdax-il xahar tas-sena 1918, li intemmet l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Gwerra li matula tilfu ħajjithom numru kbir ta’ nies, dak l-omm u dak il-missier, dak it-tifel u dik it-tifla u dak is-suldat li kien fuq quddiem jiġġieled lill-għadu.