Malta ser tagħti donazzjoni ta’ maskri u sanitizers għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.
Dan irrapportatu s-sit CNN li spjegat li din is-sena l-assemblea ser tieħu bixra kemxejn differenti hekk kif diplomatiku wieħed biss minn kull pajjiż ser ikollu aċċess għas-sala tal-assemblea.
Għaldaqstant, din is-sena l-assemblea ġenerali ser tkun waħda diġitali u b’hekk m’aħniex se naraw mexxejja tal-pajjiżi jħufu fil-kuriduri tal-kwartieri ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York.
Id-diplomatiċi minn kull pajjiż ser ikollhom permess jintroduċu d-diskors tal-mexxejja li ser jintwera b’mod diġitali.